Fl-Italja hemm pressjoni qawwija fuq il-Prim Ministru Giorgia Meloni biex tipprojbixxi attivitajiet faxxisti fil-pajjiż.
Dan wara li fuq il-midja soċjali xxerred filmat ta’ mijiet ta’ persuni jagħtu s-salut faxxista, waqt attività li saret nhar il-Ħadd li għadda f’Ruma.
F’din l-attività huma fakkru l-ħajja ta’ tliet attivisti tal-lemin estrem, li nqatlu fl-elf disa’ mija tmienja u sebgħin.
Dak li ġara l-Ħadd ġie kkundannat minn kull partit politiku fl-Italja, iżda l-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni għadha siekta fuq dan.
Il-Partit Demokratiku fl-Italja, li huwa parti mill-Partit Soċjalista Ewropew, qal li dak li ġara l-Ħadd kien l-istess bħal ma kien jiġri mitt sena ilu, meta fit-tmexxija tal-pajjiż kien hemm id-dittatur faxxista Benito Mussolini.
Intqal li dak li seħħ f’din l-attività huwa inaċċettabli u ġie sostnut li dawn il-gruppi neo-faxxisti għandhom jiġu pprojbixxiti, kif hu stabbilit fil-Kostituzzjoni Taljana.
Lura fis-snin, Meloni kien kkommemorat dan l-avveniment tas-sebgħinijiet u meta kienet għadha żagħżugħa ta’ tmintax-il sena, kienet iddeskriviet lil Mussolini bħala “politiku tajjeb.”
S’issa fl-Italja m’hemm l-ebda liġi li tipprojbixxi l-użu ta’ simboli faxxisti.
Roma, Italia, 2024.
— Paolo Berizzi (@PBerizzi) January 7, 2024
Vergogna di Stato. #AccaLarentia pic.twitter.com/yR7VtvmfVR