Qed tiżdied il-pressjoni fuq l-FBI wara li din falliet milli tieħu azzjoni dwar ħjiel li kellha qabel seħħ l-attakk fl-iskola fi Florida.
Il-Gvernatur ta’ Florida Rick Scott qal li d-direttur tal-aġenzija għandu jirriżenja, filwaqt li l-Avukat Ġenerali Jeff Sessions ordna li ssir investigazzjoni biex tara x’wassal għan-nuqqas t’azzjoni min-naħa tal-FBI.
Flimkien ma’ dawn ingħaqdu wħud mill-qraba tal-vittmi, li kkundannaw lill-aġenzija Amerikana.
Nikolas Cruz, ta’ 19-il sena, ammetta li wettaq l-attakk fl-iskola u qed ikun akkużat bi sbatax-il att t’akkuża.
Dan kien l-aktar attakk imdemmi li seħħ fi skola Amerikana mill-2012 ’l hawn.