Pazjenti li għandhom mard kroniku u li jieħdu l-mediċina taħt l-iskema Pharmacy of your Choice bil-kartuna s-safra issa se jibdew jingħataw preskrizzjoni tat-tabib valida għal sitt xhur.
Il-pazjent se jkun qed jingħata total ta’ tliet preskrizzjonijiet li kull waħda minnhom hija valida għal xahrejn, għalhekk il-pazjent se jkollu preskrizzjoni li tkopri sitt xhur.
Madwar 151,000 pazjent li għandhom mard kroniku kien qed ikollhom bżonn preskrizzjoni tat-tabib ġdida kull xahrejn, għalhekk din il-bidla, fi kliem il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne se tagħmel il-ħajja tal-pazjent aktar faċli.
Din il-preskrizzjoni valida għal sitt xhur se tkun qed tingħata biss lil dawk il-pazjenti li huma stabbli.
Id-Deputat Prim Ministru qal li din il-bidla hija msejsa fuq is-suġġerimenti tan-nies.