Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-plenarja fi Strasburgu bħala parti mill-ħidma tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017. Huwa beda l-indirizz tiegħu bl-awgurju lill-President il-ġdid elett tal-Parlament Ewropew, Atonio Tajani li fi kliemu se jkun qed jibni fuq il-ħidma li għamel Martin Schulz. Din kienet l-ewwel darba wara disa’ snin li l-Prim Ministru qed jindirizza l-Plenarja wara li kien jirappreżenta lill-elettorat Malti fil-Parlament Ewropew.
Il-Prim Ministru spjega fid-dettall il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, l-immigrazzjoni, BREXIT, is-sigurtá u l-aspett soċjali.
Fid-diskors tiegħu huwa tkellem dwar l-ewwel prijorità tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-immigrazzjoni. Huwa stqarr li neħtieġu politika li verament tindirizza din il-problema u kien għalhekk li Malta għażlet li tpoġġi l-immigrazzjoni fuq nett tal-prijoritajiet tagħha. “M’għadux iż-żmien li nibqgħu nirreppetu dak li diġa’ għedna ħafna drabi, l-pożizzjoni ta’ Malta kulħadd jaf x’inhi, jeħtieġ li jkollna politika li taħseb fit-tul. Pajjiżna kien l-ewwel wieħed li fil-Valletta Summit ħejja t-triq biex din il-problema tibda tiġi diskussa, nemmen li l-flus m’humiex biżżejjed biex din il-problema tiġi ndirizzata.”
Il-Prim Ministru spjega li meta s-sena l-oħra kellhu jagħżel naħa dwar dik li hija sistema ta’ rilokazzjoni u qal li kien hemm xi wħud li qaluli biex iżomm ma’ dawk mhux favur ir-rilokazzjoni. Dwar dan il-Prim Ministru qal li din kienet tkun id-deċiżjoni popolari iżda Malta ddeċidiet li żżomm ma’ dawk favur hekk kif din il-kwistjoni, fi kliem il-Prim Ministru, titlob prinċipju u kreddibilità. Huwa saħaq li s-soldiarjetà m’għandiex tkun għażla al carté iżda neċċessità. Huwa stqarr li minkejja pajjiżna huwa żgħir xorta waħda għażel li jagħti l-ażil u juri solidarjetà mal-immigranti. Fil-plenarja esprima d-diżżappunt tiegħu meta membri stati, minkejja li fil-minoranza, kienu kontra sistema ta’ rilokazzjoni Ewropea iżda stqarr l-importanza li nifhmu l-ħsibijiet wara dawn id-deċiżjonijiet biex verament ikollna approċċ ħolistiku fil-membri stati kollha. Waqt li kien qed jispjega l-prijorità tal-Presidenza, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-aħħar kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa kixfet li l-Unjoni Ewropea mhux ippreparata biżejjed biex taffaċċja din il-problema. Huwa tkellem favur il-ftehim tat-Turkija iżda fadal aktar xi jsir biex din il-problema tiġi ndirizzata. Il-prijorità tal-Presidenza se tkun qed taħdem biex jiġu reveduti r-regoli ta’ Dublin, prijoritá li fi kliem il-Prim Ministru hija ambizzjuża iżda li tista’ twassal għar-riżultati.
Il-Prim Ministru qal li l-aħħar kriżi tal-immigrazzjoni kixfet li għandna Unjoni Ewropea mhux preparata biżejjed biex tilqa’ dan l-influss. Huwa qal li l-ftehim mat-Turkija għamel differenza iżda dan mhux biżejjed u jeħtieġ li jkollna politika li taħseb fit-tul. Huwa qal li ma jistax ikollna Unjoni Ewropea mhux preparata għall-influss tal-immigranti li huwa mistenni fi żmien li t-temp ikun aħjar.
“M’hemmx għalfejn ngħidu, il-kompożizzjoni, l-oriġini u r-raġunijiet għaliex dawn in-nies jixtiequ li jgħaddu mill-vjaġġ ikbar riskju tal-ħajja tagħhom. hija differenti minn dik tar-refuġjati prinċipalment Sirjani li jkunu qed jaqsmu l-baħar tal-Eġittu. Aħna lkoll nafu wkoll li l-pajjiżi madwar in-Nofsinhar tal-Mediterran ċentrali huma differenti f’ħafna modi mit-Turkija. Madankollu, fil-fehma tiegħi ma hemm ebda dubju li sakemm l-essenza tal-ftehim Turkija huwa replikat fil-Mediterran ċentrali, l-Ewropa se taffaċċja kriżi kbira tal-immigrazzjoni. Ma nara l-ebda mod li bih Stat Membru wieħed jista ‘jmexxi jew jassorbu din il-mewġa ulterjuri. Għalhekk, l-essenza tal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea ser tiġi ttestjata b’mod serju u għalhekk irridu nieħdu azzjoni issa.”
Dwar il-prijorità tal-immigrazzjoni, l-Prim Ministru qal li jekk ma naħdmux fuq din il-prijorità u nieħdu l-passi neċċessarji se nkunu qed naffaċċjaw sfida akbar u għalhekk matul dawn is-sitt xhur li ġejjin dawk id-deċiżjonijiet jeħtieġ li jittieħdu. Huwa tkellem ukoll dwar il-prijoritá tas-sigurtá u kif it-theddida fuq s-sigurtá ta’ pajjiż wieħed taffettwa s-sigurtá ta’ pajjiż membru ieħor. “Jekk mhux se naħdmu flimkien, kull wieħed u waħda minnha se jkun vulnerabbli.” Din hija prijorità oħra fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna li se tkun qed twassal għall-ħidma biex ikollna Ewropa aktar sigura għaċ-ċittadini tagħna. Dwar Brexit, il-Prim Ministru qal d-diskors li għamlet il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May jiċċara l-prijoritajiet tal-Gvern Ingliż matul in-negozjati. Hawnhekk, il-Prim Ministru qal li minkejja għandna nirispettaw id-deċiżjoni il-movimenti ħielsa m’għandhomx ikunu mifrudin.
Il-Prim Ministru qal li dwar dan il-pożizzjoni tal-pajjiżi membri hija li l-libertajiet huma pakkett wieħed. Tabilħaqq, il-fatt li l-Prim Ministru Ingliż ddikjarat li hi se tieħu pajjiż tagħha barra tas-Suq Uniku minħabba l-għażla politika li jillimitaw il-libertà tal-moviment tal-persuni, jikkonferma l-pożizzjoni tal-UE27, li l-erba ‘libertajiet huma pakkett wieħed. “Il-libertà tal-moviment tal-persuni hija mmirata li tippermetti lin-nies li jiċċaqalqu b’mod ħieles madwar l-Istati Membri biex jaħdmu u jistabbilixxu ruħhom u l-familji tagħhom liberament. Qatt ma kienet maħsuba biex tħeġġeġ persuni biex iduru l-Istati Membri iżda biex toffri benefiċċji soċjali aħjar.” Il-Prim Ministru qal li ladarba toħroġ in-notifika, se tkun qed tibda’ l-konsultazzjoni li tistabillixxi l-linji gwida li jservu ta’ mandat għall-Kummissjoni Ewropea.
F’dan il-punt, il-Prim Ministru tkellem dwar l-irwol tal-Parlament Ewropew f’dan kollhu. “Jien nwiegħed li l-Parlament Ewropew ser ikun hemm involut kemm jista’ jkun f’ dan il-proċess. Wara li kont parti minn dan il-Parlament jien stess, naf id-dinamika li hemm fih. Jien tal-opinjoni li jekk ma tinvolvix il-Parlament Ewropew mhux l-aqwa deċiżjoni, għax fiha r-riskju tagħha u permezz ta’ dan il-mekaniżmu jista’ jkun hemm skrutinju aħjar. Xorta waħda nappella lill-istituzzjonijiet kollha sabiex ikollhom konsistenza bl-għan li jissalvagwardjaw il-proġett Ewropew.” Il-Prim Ministru spjega ukoll l-importanza tal-prijoritá soċjali li d-deċiżjonijiet li jittieħdu verament jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini.”Huwa għalhekk li aħna rridu dawn is-sitt xhur sabiex nimxu l-quddiem biex insaħħu dan l-ideal u nkunu nistgħu nagħtu kontribut lill-misotqsijiet ta’ kuljum tal-familji.”
Fil-plenarja, l-Prim Ministru temm jgħid: “L-Ewropa tfisser affarijiet differenti għal kulħadd. Dak li għal uħud hija aktar konverġenza, għal ħaddiehor huwa kontroll żejjed. Ma hemmx dubju li bid-difetti kollha tiegħu, il-proġett ta’ dawn l-aħħar sittin sena ta’ Ewropa magħquda kien l-aħjar perjodu fl-istorja millenarja tal-kontinent. Kien l-aktar perjodu li ġab ġid u progress. Ghalhekk it-tema tagħna hija REUNION, għaliex ta’ sittin sena l-Ewropa m’ ghandhiex tahseb biex tirtira iżda biex tavvanza.