Il-Prim Ministru Konservattiv tas-Serbja, Aleksander Vucic, rebaħ b’mod assolut l-elezzjonijiet presidenzjali li saru lbieraħ.
Vucic, jidher li rebaħ aktar minn ħamsa u ħamsin fil-mija tal-votanti.
L-isfidant ewlieni tiegħu, Sasa Jankovic, għandu ħmistax fil-mija tal-voti filwaqt li l-kandidat while Ljubisa Preletacevic jinsab fit-tielet post b’disgħa fil-mija tal-voti.
Vucic huwa favur l-Unjoni Ewropea iżda jinsab akkużat mir-rivali tiegħu li uża l-elezzjoni biex jibqa’ mwaħħal mas-siġġu tal-poter.
Huwa sar Prim Ministru wara li l-partit progressiv tiegħu rebaħ l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tal-elfejn u erbatax.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, huwa sostna li jinsab kuntent bir-riżultat li juri li l-poplu Serb jixtieq ikompli bil-ftehim sabiex is-Serbja ssir membru tal-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin li żżomm relazzjonijiet b’saħħithom mar-Russja u ċ-Ċina.