Aleksander Ceferin huwa l-President il-ġdid tal-UEFA. L-Islovakk ta’ 48 sena irnexxielu jaqlibha lil Michael van Praag waqt il-Kungress Straordinarju f’Ateni, hekk kif ir-riżultat tal-elezzjoni kien 42 vot bi 13 rispettivament.
Ceferin li huwa Avukat, se jkun qed iservi għall-kumplament tat-terminu li suppost kellu jagħmel Michel Platini li kellu jirreżenja minn kull attività tal-football f’Diċembru li għadda, jiġifieri sas-2019.
Huwa fisser li dan ir-riżultat huwa ta’ unur mhux biss għalih, iżda għall-familja tiegħu u pajjiżu, filwaqt li qal li dan l-irwol huwa ta’ responsabbiltà kbira. Waħda mill-isfidi l-kbar għal Ceferin hija l-qasma bejn il-Clubs Ewropej tal-football, li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tkompli tinħass, għaldaqstant irid juri f’idejn min hi r-responsabilità tat-tmexxija tal-football Ewropew – jiġifieri l-UEFA.