Il-Kamra ta’ l-Avukati ħabbret il-ħatra ta’ Dr Louis de Gabriele, partner ta’ Camilleri Preziosi Advocates, bħala l-President il-ġdid tal-Kamra ta’ l-Avukati.
Il-ħatra ta’ Dr de Gabriele waslet wara li Dr George Hyzler irriżenja minn President tal-Kamra ta’ l-Avukati sabiex ikun jista’ jieħu l-kariga l-ġdida tiegħu bħala l-ewwel Kummissarju Parlamentari għall-iStandards.
Il-Kamra, sellmet u rringrazzjat lil Dr Hyzler għat-tmexxija tiegħu u għall-impenn personali li dejjem wera’ lejn il-Kamra sa mill-ħatra tiegħu fl-2015 u awguratlu kull suċċess fil-kariga l-ġdida.