L-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Frank-Walter Steinmeier, ġie appuntat bħala President mill-Assemblea Parlamentari fejn se jkun qed jieħu post il-President attwali, Joachim Gauck, fis-19 ta’ Marzu.
Is-Soċjalist Demokratiku ta’ 61 sena hu wieħed mill-aktar politikanti popolari fil-Ġermanja.
Il-kariga titqies aktar bħala ċerimonja, iżda l-President jirrappreżenta lill-Ġermanja barra mill-pajjiż.
Waqt l-kampanja elettorali tal-Istati Uniti Steinmeier sostna li Trump m’hu xejn ħlief kelliem li jxerred il-mibgħeda u jekk ikun hu li jiġi elett, kif filfatt ġara, din l-għażla se tkun qed twassal għal relazzjonijiet aktar diffiċli ma’ Washington.