L-artist anonimu Ingliż Banksy b’installazzjoni artistika oħra, din id-darba presepju b’xena kemmxejn differeni minn dik li aħna mdorrijin naraw. Dan il-presepju jinsab f’lukanda li kellha biss topera għal sena u li hija wkoll proġett ta’ instalazzjoni tal-istess artist. Il-lukanda Walled Off tinsab faċċata tal-ħajt tal-konkrit għoli tmien metri mibni mill-Iżrealjani.
Xogħol l-artist li jinsab f’din il-lukanda juri presepju li fih il-pasturi tal-Bambin, il-Madonna, San Ġużepp, il-baqra u l-ħmara iżda warajhom hemm struttura li tisimbolizza l-istess ħajt tal-kontrit u li l-ħajt jidher li fih toqba ta’ splużjoni, li ħolqot il-forma ta’ stilla.
Il-maniġer tal-lukanda, Wissam Salsaa, qal li l-artist uża l-istorja tal-Milied biex juri kif qed jgħixu l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent. Huwa kompla jgħid li din hija idea brillanti biex tirrankonta l-istorja tal-Milied b’mod differenti biex tqanqal il-ħseib fost in-nies.