Għall-ewwel darba, il-Kunsill Lokali tal-Għargħur għaddej b’inizjattiva, bl-ghajnuna volontarja tar-residenti lokali, fejn f’partijiet mix-Xelter ta’ Żmien il-Gwerra, qed jittella’ Presepju Ħaj.
Din il-wirja qed tkun qed tinfetaħ illejla s-Sibt 21 ta’ Diċembru bejn is-6pm u t-8pm, u għada l-Ħadd se jkun mifuħ bejn l-10am u s-1pm.
Id-donazzjonijiet li se jkunu qed jinġabru tul dawn il-wirjiet se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.
Wieħed jista’ jsib dan ix-xelter fi Triq Ferdinandu, fejn wieħed jista’ jgawdi dak kollu preparat, flimkien ma’ Santa Klaws u anke bejgħ ta’ prodotti relatati mal-Milied.