Fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali bi preparament għal xogħlijiet strutturali li dalwaqt se jibdew fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.
F’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa se jsiru, fost oħrajn, xogħlijiet fis-sistema tal-elettriku u l-fire detection system, kif ukoll l-installazzjoni ta’ lift li permezz tiegħu l-binja se tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Intant, bi preparament għal dan ix-xogħol fl-aħħar jiem inħarġet sejħa tal-interess biex tinkera binja fil-Gżira jew fil-viċinanzi biex minnha jingħataw is-servizzi offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.