Il-familja ta’ Gin qed toffri premju ta’ €1,000 għal min jgħinhom isibuh.
Gin hu kelb tar-razza Shih Tzu u lura fit-13 ta’ Frar intilef il-Buskett.
Il-familja ta’ Gin qed tappella għal kull għajnuna possibbli hekk kif kemm-il darba marru jfittxuh il-Buskett u anke fil-madwar iżda ma setgħu bl-ebda mod jilmħuh.
Huma qed jissuspettaw li Gin nġabar minn xi ħadd li kien fiż-żona u għalekk qed joffru premju għal min jirritornah.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar Gin jista’ jagħmel kuntatt ma’ Olivia Bilocca fuq 79485798 jew fuq 99450140.