Waqt serata fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali għall-persuni b’diżabilità ngħata l-premju Soċjetà Ġusta. Din is-sena kien hemm għadd rekord ta’ nominazzjonijiet billi kien hemm b’kollox disgħa u għoxrin nomina ta’ persuni u għaqdiet.
Fi kliem is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana dan juri kemm kiber l-interess f’din il-ħidma u kemm żdied l-apprezzament għal min jaħdem f’dan il-qasam, u dan ikompli jiġġustifika dan il-premju annwali.
Ir-rebbieħa ta’ dan il-premju fid-diversi kategoriji kienu:
Award for Lifetime Achievement in Disability 2016 – Rita Vella, u Kevin Vella, li ħalla din id-dinja ftit tax-xhur ilu.
Award for Advocacy and Rights 2016 – Siġġiewi Basketball School
Award for Disability Action and Activism 2016 – Matthew Giordmaina
Effort Award – Maria Pia Saliba
F’din it-tielet edizzjoni ngħataw ukoll żewġ rikonoxximenti lill-Ispettur Fabian Fleri u lil Maria Zammit.