Norbert Attard u Enrico Scerri kellhom rekord perfett fit-tieni ġurnata tal-Premier League of Darts li qed issir fil-klabb tal-Laċċi fiż-Żejtun.
Attard lagħab tliet partiti u għeleb lil Godfrey Abela 4-0, Kevin Aquilina 4-2 u lil Gordon Stanmore 4-1.
Mill-banda l-oħra, Enrico Scerri beda bl-aħjar mod wara skor pożittiv ta’ 4-1 kontra Gordon Stanmore u 4-2 kontra George Ebejer.
Albert Scerri għeleb lil Omar Aquilina 4-3 u lil Tony Borg 4-2 iżda tilef kontra Kevin Aquilina 4-2.
F’aktar logħbiet, Kevin Aquilina għeleb lil George Ebejer 4-1 b’Gordon Stanmore jirbaħ 4-0 lil Godfrey Abela.
Tony Borg kien kiseb l-ewwel rebħa tal-ġurnata wara li għeleb lil Kevin Spiteri 4-1 b’Omar Aquilina li ma sabhiex faċli sabiex rebaħ 4-3 kontra l-istess Kevin Spiteri.
Fis-sezzjoni tan-nisa, Althea Ciantar u Marconia Borg kisbu skor identiku ta’ 4-1 kontra Liliana Abela u Pauline Tonna rispettivament.
Sadanittant, matul din il-ġimgħa ntlagħbet ukoll is-Super Cup tal-irġiel fejn erba’ plejers għaddew għas-semifinali u dawn huma Enrico Scerri, Godfrey Abela, Stephen Grima u Albert Scerri.