Hekk kif intlagħbet it-tielet ġurnata tal-Premier League of Darts, Enrico Scerri u Tony Borg fl-irġiel u Althea Ciantar fin-nisa, komplew iżommu l-konsistenza li bdew biha din il-kompetizzjoni.
Enrico Scerri kellu żewġ rebħiet ta’ 4-2 kontra Godfrey Abela u Kevin Spiteri filwaqt li Tony Borg kellu s-sodisfazzjon jegħleb lil Kevin Aquilina 4-3 u George Ebejer 4-1.
Norbert Attard rebaħ l-uniku logħba li lagħab kontra George Ebejer 4-2 b’Gordon Stanmore li l-ewwel rebaħ 4-1 lil Omar Aquilina iżda tilef 4-2 kontra Kevin Spiteri.
Fil-kategorija tan-nisa, kompla d-dominju ta’ Althea Ciantar li rebħet 4-0 lil Pauline Tonna u Marconia Zammit.
Mill-banda l-oħra, wara li Liliana Abela tilfet 4-3 kontra Marconia Zammit, kellha s-sodisfazzjon tirbaħ lil Pauline Tonna 4-0.
Il-logħob li qed jintlagħab fil-Każin tal-Laċċi fiż-Żejtun ikompli nhar l-Erbgħa li ġej fejn tintlagħab ir-raba’ ġurnata.