Il-proposta tal-Partit Laburista dwar emendi fil-liġi l-IVF, kienet fuq fomm ħafna minn dawk li attendew għar-Rally ‘Team Malta’ tal-Partit Laburista fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Minkejja li l-proposti marbuta mal-emendi fil-liġi tal-IVF jolqtu biss sezzjoni tal-poplu, il-qalb kbira tal-Maltin u l-Għawdxin, tħoss għal kull ċittadin.
Fuq fomm iż-żgħażagħ preżenti kienu l-proposti marbuta mal-istudenti u anke l-għotja ta’ elf u ħames mitt ewro lil ġenituri ta’ dawk kollha li jkomplu jistudjaw wara s-sittax-il sena.
Il-wegħda ewlenija tal-Partit Laburista fil-qasam ambjentali u li permezz tagħha se jsir seba’ mitt miljun investiment fi spazji miftuħa hija mistennija minn ħafna.
Il-pensjonanti wkoll kienu ottimisti għal futur isbaħ.