Esperjenza pożittiva u unika.
Dan kien is-sentiment li ħareġ mid-disa’ suldati li kienu preżenti fin-Nofsinhar tal-Libanu, sezzjonati f’Irishpolbtt, meta mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, bdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.
ONE News ħa l-opportunità jkellem uħud mis-suldati li kienu fil-Libanu, fejn magħna qasmu l-esperjenza tagħhom u r-rwoli u r-realtajiet li affaċċjaw.
“Kienet esperjenza ġdida għalija l-ewwel darba li ġejt deployed fil-Lebanon. Kienet xi ħaġa li tgħallimt ħafna minnha, kemm personalment kif ukoll għall-karriera tiegħi. Ikolli ngħid li esperjenza pożittiva, inħossni kburija b’dan iċ-ċans li mmur nirrappreżenta l-pajjiżi, u kelli tim warajja u miegħi tajjeb ħafna. Ma nbiddel xejn minn dak li ġara.”
“Kont nieħu ħsieb it-training ma’ sector West fejn konna qegħdin niddetterjaw il-UN Mandate, it-training li jrid isir għal kulħadd u għal kull individwu fil-battaljun, u minn hemmek naraw li d-day-to-day u x’hemm bżonn li jsir biex in-nies li jkunu hemmek ikunu aktar professjonali fix-xogħol tagħhom.”
“Ir-realtà kienet diffiċli ħafna. Kien hemm periklu. Accidents jistgħu jiġru, però, it-training kien hemm, id-drills saru, iġifieri jiġri x’jiġri aħna konna preparati għal kull tip ta’ xenarju.”