Il-Federazzjoni Maltija tal-Powerlifting (MPL) għażlet uffiċċjalment il-membri tat-Tim Nazzjonali, wara
li kkwalifikaw biex jirrapreżentaw lill Malta fil-Kampjonati Mondjali.
Dawn l-atleti spiċċaw fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi tagħhom, wara proċess twil ta’ kwalifikazzjoni,
li beda f’Ġunja tas-sena l-oħra.
Ġie magħżul grupp ta’ reffiegħa bħal riżerva fil-kas ta’ bżonn. Dawn jintghażlu skont il-punti miksuba
fl-aħħar erbgħa kompetizzjonijiet imnedija mill-MPL. Dan il-punteġġ hu skont is-sistema approvata
mill-federazzjoni mondjali, l-IPF.
Il-MPL tawgura lir-reffiegħa kollha imsemmija, li wara taħrig iebes u fit-tul, rebħu d-dritt li
jiġu magħżula fit-tim nazzjonali, u li se jirrapreżentaw lil pajjiżna f’dawn il-kampjonati prestiġjużi.
Kompost minn tmien irġiel u tmien nisa, il-membri huma:
Kategorija tal-Irġiel
- Matteo Aquilina 66kg
- Shawn Farrugia 74kg
- Charles Degiorgio 83kg
- Joseph Abela 83kg
- Alessandro Valastro 93kg
- Wayne Gregoraci 105kg
- Malcolm Farrugia 105kg
- Mario Mifsud 120kg
Kategorija tan-Nisa
- Ivana Delia 47kg
- Shanel Mallia 52kg
- Lorna Cachia 63Kg
- Pamela Psaila 63kg
- Fabiana Bermudez 69kg
- Kim Grech 76kg
- Daniela Vella 84kg
- Catherine Portelli 84kg+