Għada s-Sibt 04 ta’ Marzu, l-għaqda Maltija tal-Powerlifting (MPL) se tniedi l-aħħar kompetizzjoni
li fiha reffiegħa Maltin jistgħu jikkwalifikaw għall-Kampjonati Mondjali tal-IPF, li f’Ġunju li ġej se jsiru
hawn Malta.
Dan l-avveniment qajjem interess kbir fost id-dilettanti lokali, tant li xejn inqas minn 46 parteċipant,
nisa w irgiel, applikaw biex jieħdu sehem. Fil-fatt, il-kompetizzjoni se tinqasam f’żewġ sessjonijiet. L-ewwel
waħda tibda fit-08.30 a.m. u t-tieni tibda fis-01.30 p.m. Hu mistenni li l-kompetizzjoni tispiċċa
tard wara nofs-in-nhar.
Din il-kompetizzjoni se ssir fi Steel Extreme Fitness Gym tal-Mosta, fejn huma mistennija riżultati
eċċellenti minn reffiegħa stabbiliti u t’esperjenza, mingħajr ma’ neskludu xi riżultati tajbin oħra minn
reffiegħa żagħżagħ u promettenti fix-xena lokali.