Il-potenzjal fost it-terapisti tas-sbuħija Maltin huwa kbir, u jekk sfruttat, kapaċi jirriżulta f’suċċessi bla preċedent.
Kliem Lydia Sarfati, Pollakka li tgħix New York b’esperjenza vasta fis-settur tas-sbuħija.
Ilha fis-settur aktar minn erbgħin sena, u kollox beda bi spa li fetħet fiċ-ċentru ta’ Manhattan fl-elf disa’ mija sebgħa u sebgħin. Għaliex emmnet fil-ħolm tagħha, u ħadmet biex tara li jsir realtà, Lydia llum hija l-fundatriċi ta’ ditta rinomata internazzjonalment bi prodotti li jieħdu ħsieb il-ġilda.
L-esperjenza tagħha fis-settur qed taqsamha madwar id-dinja, u hekk għamlet f’pajjiżna, meta f’seminar mifrux fuq jumejn, iltaqgħet ma’ ħamsin terapisti tas-sbuħija Maltin u qasmet magħhom informazzjoni utli dwar kif fil-fehma tagħha jistgħu jiksbu suċċess.
I have helped them to understand what it really takes to become successful in the business and also helped them to be more organised not only professionally but personally aswell.
Hija qasmet mal-professjonisti Maltin numru ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom kemm fuq livell professjonali u anki personali.
Just giving things like that which are lifestyle tips that make you feel better about who you are is very helpful because as a result it will make them more successful. It will make them feel less chaotic.
Sarfati temmet l-intervista ma’ ONE News kif bdietha. Bi kliem ta’ tifħir dwar Malta, li għalkemm gżira żgħira f’nofs il-Mediterran, hija mimlija b’talent u standards tal-ogħla livell.
From what I have seen, there is a very high level of sophistication in fashion, in food, the restaurants here are wonderful and the people are great so I’m very happy to be here.