Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, diversi postijiet fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-pajjiż intlaqtu minn fenomenu naturali, fejn f’mumenti l-livell tal-baħar għola tant li tela’ l-art u kkawża mewġ mhux tas-soltu.
Dan irriżulta sabiex, saħansitra xi vetturi inġarru l-baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li għandu ONE News, jidher li fost il-postijiet milquta hemm ix-Xemxija u Marsaskala.
Dan il-fenomenu, magħruf bħala milgħuba, aktarx ġie kkawżat minħabba bidla drastika momentarja fil-pressjoni tal-baħar.
Dan it-tbandil seħħ ukoll minħabba li l-bajja tkun pjuttost magħluqa.