B’investiment ta’ tliet mitt elf ewro, żona mitluqa fir-Rabat inbidlet fi spazju miftuħ għall-familji.
Dan il-ġnien jinkludi żoni ta’ rikreazzjoni li jissodisfaw il-linji gwida għall-persuni b’diżabilità, b’taraġ u rampi magħmula mill-granit u mdawra b’siġar u pjanti li tħawlu mill-Aġenzija Infrastruttura Malta.
Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan l-ispazju miftuħ, is-Sindku tar-Rabat, Sandro Craus qal li l-ġibjun eżistenti nżamm għat-tisqija tal-pjanti u s-siġar u ġiet installata canopy tal-ħadid b’bankijiet taħtha.
Il-Ministru Ian Borg sostna kif il-Gvern qed ikun ta’ għajnuna biex spazji ta’ rikreazzjoni jingħataw lill-komunità fl-aqwa stat u kwalità possibbli.