Mit-Tnejn 5 ta’ April, it-testijiet tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan ser jerġgħu jibdew isiru fit-Telgħa ta’ Gwardamanġa, fil-Pietà. Fi stqarrija Transport Malta spjegat kif il-post ġie renovat u ser joffri livell aħjar ta’ kumdità għall-klijenti. Għalhekk, il-post li kien qed jintuża temporanjament fi Triq Nazzjonali fil-Blata l-Bajda mhux ser jibqa’ jintuża għal dan il-għan.
Iċ-ċaqliqa għall-post il-ġdid ser issir din il-ġimgħa, għalhekk, it-testijiet tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan ser ikunu temporanjament sospiżi sal-Ħamis l-1 ta’ April.
F’każ ta’ diffikultà, il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt maċ-Ċentru għall-Eżamijiet tat-Teorija fuq 21227190.