Quddiem il-Qorti t’Għawdex kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ tas-Serb Aleksandar Stojanovic, li qed iwieġeb mhux ħati li qatel lill-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed.
Fuq il-pedana tax-xhieda telgħu jixhdu diversi pulizija, li b’xi mod kienu involuti fl-investigazzjoni.
Hawnhekk komplew jissemmew aktar persuni li għadhom suspettati li allegatament kellhom rabta mal-każ u li iżda ma jistgħux jissemmew fuq ordni tal-Qorti.
Uħud minn dawn huma persuni li jbiegħu l-karozzi u li jista’ jkun li huma involuti fid-droga.
Fil-fatt wieħed minn dawn il-kummerċjanti tal-karozzi bħalissa għaddej bi proċeduri fuq id-droga u reati oħra.