L-Università ta’ Oxford tidher li qed timxi b’rittmu mgħaġġel fit-tellieqa biex jinstab vaċċin kontra l-coronavirus. Xjentisti fl-Istitut Jenner tal-Università diġà għamlu xi testijiet fl-2019 li rriżultaw li ma kinux ta’ ħsara għall-bniedem. Għalhekk, dan jippermettilhom sabiex jagħmlu aktar testijiet, din id-darba fuq aktar minn sitt elef persuna sal-aħħar ta’ Mejju, bit-tama li mhux biss huwa sigur imma wkoll li jagħti r-riżultati mixtieqa.
Ix-xjentisti f’Oxford qalu illi jekk it-testijiet jirriżultaw illi l-vaċċin huwa effettiv u jingħataw approvazzjoni ta’ emerġenza mir-regolaturi tas-saħħa, hemm il-possibilità li l-ewwel miljuni tal-vaċċin ikunu disponibbli f’Settembru li ġej.