Minkejja li t-tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom tal-futbol li kienu maqbuda f’għar mgħerreq fl-ilma fit-Tajlandja instabu qawwijin u sħaħ, teżisti possibbilità li dawn ikollhom jistennew ix-xhur sakemm l-ilmijiet li għerrqu dan l-għar jinżlu f’livelli li jagħmilha possibbli għal armata biex tista tidħol fl-għar u ssalvahom.
Il-grupp instab minn bugħaddasa wara li kienu maqbuda għal disat ijiem f’parti zgħira mill-għar li kienet għada ma għerqitx. Il-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin b’ħidma f’livelli tal-ilma dejjem jogħlew biex jgħaddu iżjed ikel u xorb lill-grupp. Skont l-armata, din il-biċċa tax-xogħol jaf iddum ix-xhur tirrepeti ruħha.
Intant, komplew isiru attentati biex jiġu installi linji tat-telefon u tad-dawl sabiex it-tfal ikunu jistgħu ikellmu lill-ġenituri tagħhom.
Is-subien kienu instabu minn bugħaddasa li ġew mir-Renju Unit biex jgħinu fil-ħidma tas-salvataġġ.
Filmat li qed idur mal-erbat irjieħ tad-dinja juri l-mument meta wieħed mill-bugħaddasa Brittaniċi sab lit-tfal maqbuda.
FILMAT: BBC News