Transport Malta qed iċċempel lil dawk kollha li fil-jiem li ġejjin kien tilgħin għat-testijiet tat-teorija u tal-prattika tal-vetturi kollha, fejn qed tgħidilhom li se tissospendi t-test.
Ħaddiem minn Transport Malta qal ma’ ONE News li t-testijiet kollha li kienu skedati sal-20 ta’ Marzu ġew posposti.
Dan qed isir biex kemm il-ħaddiema tat-Transport Malta kif ukoll l-istudenti jkunu protetti mit-tixrid tal-Coronavirus.