It-testijiet tal-prattika tal-liċenzja tas-sewqan li jsiru fil-Floriana, li kellhom isiru għada jew fil-jiem li ġejjin ġew posposti.
Dan tħabbar minn Transport Malta fuq il-midja soċjali, fejn intqal li din qed issir bħala miżura preventiva u mal-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Transport Malta qalet li tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u l-Awtorità qed issegwi s-sitwazzjoni mill-qrib sabiex tinforma lill-pubbliku meta s-servizzi jerġgħu lura għan-normal.