It-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia bejn Napoli u Inter li kellha tintlagħab għada f’Napli fid-20:45 ġiet postposta minħabba l-Coronavirus.
Għaxar logħbiet tas-Serie A madwar it-tramuntana tal-Italja ġew posposti tul dawn l-aħħar ġimagħtejn.
Il-Kummissarju speċjali tal-Coronavirus fl-Italja Angelo Borelli kkonferma nhar it-Tlieta li l-mewt mill-virus fil-pajjiż żdied għal 79, filwaqt li kien hemm 2,502 każ ikkonfermati.