Ġiet posposta r-regatta annwali ta’ Jum il-Ħelsien.
F’deċizjoni li ttieħdet bejn id-distretti kollha tar-regatta u l-Għaqda Regatta Nazzjonali ntqal li din l-edizzjoni tar-Regatta tista’ ssir f’data oħra sa mhux iżjed mis-7 ta’ Ġunju.
Din id-deċizjoni ttieħdet wara li lbieraħ ġie mħabbar li ma jista jkun organizzat l-ebda attività sportiva sabiex ikun imrażżan it-tixrid tal-Covid-19.