Il-Kunsill Ewropew speċjali li kellu jsir fl-erbgħa u għoxrin u fil-ħamsa u għoxrin ta’ Settembru, ġie pospost għall-ewwel u t-tieni t’Ottubru. Dan wara li uffiċjal tas-sigurtà tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.
Michel qed joqgħod kwarantina anki jekk għamel test għall-virus u rriżulta fin-negattiv.