L-effetti tal-pandemija jolqtlu lil kulħadd, u lill-Ministru Bryon Camilleri xejn inqas.
Wara li ppospona t-tieġ tiegħu darbtejn, fl-aħħar iżżewweġ lil martu Salome b’wiċċ il-ġid. F’kumment fuq Facebook, kiteb:
Grazzi lil dawk kollha li għamlu l-ġurnata taż-żwieġ tagħna mill-isbaħ. Gawdejnieh kemm flaħna u apprezzejna kull messaġġ li rċivejna. Ipposponejna darbtejn iżda kien worthit!
Din ma kinitx sitwazzjoni unika, tant li bejn l-2020 u l-Mejju tal-2021, in-numru ta’ żwiġijiet posposti kien laħaq is-622. L-Aġenzija Identity Malta għenet lil dawn il-koppji billi rrinunzjat il-miżati tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ f’każ ta’ posponiment taż-żwieġ.
Barra minn hekk, koppji li ma setgħux jingħaqdu fiż-żwieġ fl-2020 minħabba l-pandemija setgħu japplikaw għal rifużjoni fuq depożiti mħallsa għat-tieġ tagħhom. L-iskema ta’ rifużjoni mnedija waqt il-pandemija kienet tippermetti lill-koppji jitolbu lura sa €2000 f’rifużjonijiet tad-depożiti. L-iskema ta’ darba provdiet total ta’ €2 miljun f’rifużjonijiet u kienet ta’ spalla lill-koppji Maltin u Għawdxin.
Awguri lill-miżżewġin kollha u dawk li qed jaħsbu li jagħmlu dan il-pass!