Il-Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminija tal-Kap Adrian Delia implika li mart Adrian Delia, Nickie Vella De Fremaux tbati minn mard mentali. Dan ikkonfermatu De Fremaux stess fi tweġiba waqt battibekk jaħraq fuq is-sit soċjali Facebook: “Pierre I actually suffer from depression and unlike what you may like to portray me as this does not make one mad.”
Hawnekk De Fremaux reġgħet widdbet lil Portelli u saħqet kif il-mard mentali mhux sentenza tal-mewt u li hi ma tisthix tgħid li tbati mid-dipressjoni. Hija appellat ukoll lis-sieħeb ta’ zewgha sabiex jinżel minn fuq it-tron li tella’ lilu nnifsu fuqhu u sabiex iwaqqaf il-preġudizzji u l-istigma fuq dawk il-persuni li jbatu bil-mard mentali.
Mart Adrian Delia spjegat ukoll li kontra kif prova jimplika Portelli d-dipressjoni ma tagħmlek xejn anqas minn ħaddieħor u ma tnaqqasx mill-kapaċitajiet tal-avukat li jifhem u jipprattika il-liġi. B’referenza għal Pierre Portelli hija kompliet tgħid li ma qatt m’hi se taċċetta li tiġi bbuljata minn persuni giddibin li jippruvaw ikissrulha r-reputazzjoni tagħha billi jgħidu li moħħha mhux dejjem ikun hemm.
Dan l-argument bejn Portelli u De Fremaux inqala ftit tas-sigħat biss qabel il-Kap tal-Oppożizzjoni tilef il-kontroll ta’ fazzjoni mill-grupp parlamentari tiegħu. Matul il-ġurnata tat-Tlieta b’kumment twil ferm fuq Facebook mart Adrian Delia kkwotat il-liġi tal-copyright qalet li d-dramm “Fattigi” ta’ Pierre ġie kkupjat minn storja ta’ Sandro Vella.
Dramm li eventwalment spiċċa żviluppa f’telenovella sħiħa ta’ botti u risposti bejn l-ogħla esponenti tal-Partit Nazzjonalista.