Għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied, il-Banda San Gejtanu, hekk kif ilha tagħmel għal bosta snin, se tesegwixxi l-Programm Annwali marbut mal-istaġun. Dan il-programm se jsir ġewwa l-Każin San Gejtanu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru, fis-7.30pm. Il-Banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha; Mro. Jonathan Borg.
Waqt is-serata se tkun esegwita mużika varjata li tinkludi xogħolijiet bħal marċi, kanzunetti, valzi, selezzjonijiet, mużika mill-films, u fuq kollox għanjiet marbuta ma’ dan iż-żmien tas-sena. Mal-Banda jagħtu s-sehem tagħhom ukoll il-kantanti Dario u Grecia Bezzina. Tfal u żgħażagħ mis-Sezzjoni tal-KidZ & TeenZ fi ħdan l-Għaqda, se jaqraw ukoll xogħolijiet qosra li jikkumplimentaw l-okkażjoni.
Kulħadd hu mistieden għal din il-festa ta’ mużika.