Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jipprova juża mument sensittiv bit-tama li jkabbar ir-relevanza fost dawk li ilhom jinjorawh minn meta sar Kap.
Kultant ħin jgħid li se jgħaddi messaġġ biex jirrepeti dak li jkun diġà qal, u issa qalilna li jrid poplu magħqud kontra Prim Ministru lleġġittimu.
Fi stqarrija b’reazzjoni għal messaġġ li Delia għamel illum fuq il-midja Nazzjonalista, il-Partit Laburista fakkar li Delia kien qal ukoll li l-gvern kollu hu lleġittimu. Però l- Prim Ministru u l-Gvern għandhom l-ikbar mandat mill-istess poplu biex jieħu d-deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiż.
Il-Partit Laburista temm jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi diġa’ huwa magħqud. Magħqud kontra l-opportuniżmu politiku ta’ Delia.