Wara xhur jiġu kkurati fit-Torri ta’ San Luċjan, il-fkieren Popeye u Catherine llum għamlu l-ewwel passi fuq ir-ramel fil-Bajja tal-Ġnejna biex irritornaw lura fl-ibħra Maltin.
Hu mifhum li Popeye kellu jingħata l-kura wara li nstab mħabbel fix-xbieki tas-sajd u kellu wkol infezzjoni fil-pulmun peress li kien kiel xi plastik.
Catherine nstabet f’Novembru li għadda wara li kienet ntlaqtet minn bastiment u tħabblet f’tagħmir tas-sajd.
Iż-żewġt frieken ingħataw il-kura neċessarja biex issa jinsabu jgawdu l-ambjent naturali tagħhom