St. George’s Band Club huma ċ-champions il-ġodda tat-Tielet Divizjoni tal-kampjonati nazzjonali ID Malta organizzati mill-Malta Pool Association. Fil-finali ferm kumbatuta t-tim minn Hal Qormi gheleb lil SEPŻ Zejtun bl-iskor ta’ 11-9. Din kienet l-ewwel finali għaż-żewġ timijiet bit-tim Qormiz ikun aktar avventuruż. Matul l-ewwel tliet sezzjonijiet it-tim ta’ Hal Qormi kellu vantaġġ minimu ta’ 8-7 u meta bdiet ir-raba’ u l-aħħar sezzjoni irnexxilu jżomm dan il-vantaġġ bil-player Alfred Attard jagħmel clearance eċċitanti fl-aħħar logħba biex ta’ r-rebħa mistħoqqa lit-tim ta’ San Gorg.
It-tim tal-każin Banda San Gorg kien kompost minn Duncan Edward, Ludvic Vella, Tonio Cassar, Joseph Psaila, Emanuel Piscopo, Clayton Attard, Alfred Attard, Carmelo Vella, Ezio Fenech, Wallace Muscat u Mario Vella.
Il-lejla tintlagħab il-finali tat-Tieni Divizjoni bejn Għaxaq Bocci Club u Cospicua Dynamos FC.