Splendid Bar huma r-rebbieħa tal-kampjonati ID Malta organizzati mill-Malta Pool Association. Fil-finali t-tim Qormiz għeleb l-isfida denja ta’ Fgura Band Club bl-iskor ta’ 11-7. Kien it-tim ta’ Fgura li rebaħ l-ewwel sezzjoni bl-iskor ta’ 3-2 pero t-tim ta’ Splendid irkupra tajjeb u kiseb ir-rebħ taż-żewġ sezzjonijiet ta’ wara biex b’ hekk fi tmiem tat-tielet sezzjoni kien qiegħed igawdi vantaġġ minimu ta’ 8-7. Ir-raba’ u l-aħħar sezzjoni kienet ferm eċċitanti bil-players Qormizi jiksbu tliet frames konsekuttiva biex assiguraw ir-rebħ tal-kampjonati tal-Ewwel Diviżjoni.
It-team ta’ Splendid kien kompost minn Gary Carr, Maverick Zammit, Lydan Debono, Clayton Castaldi, Jeffrey Farrugia, Jed Abela, Steve Mangion u Anton Cuschieri.
L-assoċjazzjoni tinforma li l-finali tad-diviżjonijiet l-oħra ser jintlagħbu kif ġej:
Tielet Diviżjoni bejn SEPF Zejtun u St. George’s Band Club nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju
Tieni Diviżjoni bejn Ghaxaq Boċċi Club u Cospicua Dynamos FC nhar it-Tleta 14 ta’ Ġunju
Premier bejn Senglea Bocci Club u Jojo’s Bar nhar il-Erbgha 15 ta’ Ġunju
Il-finali kollha ser jintlagħbu kollha fil-każin tal-banda San Ġorg Qormi u ser jintwerew permezz ta’ live stream fuq il-media socjali tal-assocjazzjoni.