Iż-żagħżugħ Malti Scott Muscat sar ċ-ċampjin Ewropew fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena meta fil-finali tal-istess kampjonati li qed isiru fl-Irlanda għeleb lill-Irlandiż Comcarr Kerr 7 – 5. Muscat kellu bidu mill-aqwa u irnexxilu jiftaħ vantaġġ ta’ 6 – 2. Kerr irnexxilu jirkupra iżda ż-żagħżugħ Malti żamm sod sal-aħħar biex għalaq il-logħba b’skor finali ta’ 7 – 5.
It-tim Malti tal-irġiel ġie megħlub fil-finali mit-tim Ingliż 8 – 3.
Fil-katoegrija ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Christ Mills rebaħ l-unur tal-aqwa plejer. F’din l-istess kategorija t-tim Malti ġie eliminat fis-semi finali 8 – 7 mit-tim Ingliżs.