It-timijiet nazzjonali Maltin, li qedin jieħdu sehem fil-kampjonati mondjali tal-pool f’Agadir il-Marokk, komplew jiksbu aktar rizultati pożittivi.
It-tim Malti tal-irġiel kiseb tliet rebħiet importanti kontra Mauritius 15-6, kontra Wales 13-8 u kontra l-Awstralja 14-7. It-tim Malti ser jkun impenjat fl-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi nhar il-Ħadd kontra t-tim nazzjonali ta’ Belġju.
It-tim taz-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena kiseb rebħa oħra ta’ 5-4 fuq Indja A filwaqt li safa megħlub mit-tim nazzjonali Ingliz A bl-iskor minimum ta’ 5-4.
It-tim Malti tal-Over 50’s għeleb lit-tim nazzjonali tal-Afrika t’Isfel 10-5 filwaqt li ġie megħlub mit-tim tal-Indja bl-iskor ta’ 11-4.
Aktar tard illum jidħlu fix-xena t-tim nazzjonali Malti taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax – il sena li huma ċampjins Ewropej kurrenti.