Il-Malta Pool Association se jkollha seba’ timijiet maltin jikkompetu fil-kampjonati Ewropej tal-Pool f’Killarney l-Irlanda u li jsiru bejn ghada 24 ta’ Frar u l-Hamis 29 ta’ Frar.
Malta se tkun qed tiddefendi erba’ titli li ġew mirbuħa s-sena l-oħra fil-kategoriji tal-Irġiel B, Żgħażagħ Under 18, Over 60’s filwaqt li Tonio Mifsud se jkun qed jiddefendi t-titlu ta’ Champion tal-Ewropa fil-kategorija Individwali tal-Over 50’s.
It-timijiet maltin se jieħdu sehem fil-kategoriji tal-Irġiel A u B, Under 18’s, Under 23’s, Over 50 A u B u Over 60’s. Il-kontinġent malti se jkun immexxi minn Vincent Degiorgio, segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni, li jokkuppa l-pożizzjoni ta’ teżorier fil-federazzjonijiet internazzjonali tal-Ewropa u tad-Dinja.