It-tim tal-Każin Banda San Ġorġ huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni knockout , organizzata mill-Malta Pool Association, riservata għall-kategorija tat-Tieni u Tielet Divizjoni. Fil-finali t-tim Qormi gheleb lil PL Zejtun bl-iskor sabiħ ta’ 11-5. It-tim Qormi fetaħ vantaġġ ta’ 5-0 pero l-players ta’ Zejtun wettqu rimonta tajba u ġabu l-iskor 5-4. Fil-frame ta’ wara l-player Zejtuni kellu okkazzjoni tajba ħafna li jagħmel l-iskor indaqs pero żball fatali xejjen l-okazzjoni li dawret l-andament tal-logħba favur it-tim Qormi li ma ħafirx u baqa’ miexi biex kiseb rebħa kbira.
It-tim ta’ San Gorg kien kompost minn Duncan Edwards, Tonio Cassar, Kevin Mercieca, Clayton Attard, Alfred Attard, Ezio Fenech, Vince Saliba, Joseph Casha, Wallace Muscat, Denzel Falzon, Dielyn Edwards u Sacha Gauci.