Għaxaq Boċċi Club kisbu r-rebħ tal-Easter Cup tal-kateogrija Premier u l-Ewwel Divizjoni organizzata mill-Malta Pool Association. Dan kien it-tielet unur għal club Għaxqi wara li aktar kmieni f’ dan l-istaġun rebaħ il-kompetizzjoni knockout kif ukoll il-kompetizzjoni tal-Milied. Fil-finali Għaxaq Boċċi Club xejnu għal kollox l-isfida ta’ Cospicua Dynamos bl-iskor konvinċenti ta’ 11-3.
Il-finali tal-kategorija tat-Tieni u Tielet Divizjoni ser tleqqa’ lit-timijiet ta’ Cospicua Rangers C u Għaxaq Boċċi Club C. Din ser tintlagħab nhar il-Gimgha 5 ta’ April fil-Każin Banda San Gorg Qormi.

