Cospicua Rangers huma r-rebbiħha tal-kompetizzjoni knockout organizzata mill-Malta Pool Association. Fil-finali t-tim Bormliż għeleb l-isfida ta’ Tarxien Bocci Club bl-iskor konvinċenti ta’ 11-4. Kif juri r-riżultat t-tim tar-Rangers kienu superjuri għall-avversarji u b’ dan l-unur naqqxu issimhom għall-ewwel darba f’ kompetizzjoni tal-għola livel fi ħdan l-assoċjazzjoni.
It-tim Bormliż kien kompost minn dawn il-players: Johan Attard, Jason Mifsud, Kevin Schembri, Miguel Falzon, Lydan Debono, Alex Tanti, Wayne Pace u Gary Carr.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI