Il-kampjonati Ewropej komplew bil-logħob tar-raba’ ġurnata bit-timijiet Maltin ikomplu jiksbu aktar riżultati prestiġjuzi. It-tim Malti A tal-irħiel ikkwalifika għas-semi finali u issa jiltaqa’ kontra l-Irlanda ta’ Fuq fis-semi finali tard il-lejla. It-tim Malti B tal-irħiel kien ferm sfortunat li ma kkwalifikax għas-semi finali minħabba li n-numru ta’ frames mirbuħa kien inferjuri għat-timijiet nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Ingilterra.
Iż-żagħazagħ Maltin ta’ taħt it-tminntax -il sena, li qed jiddefendu t-titlu, huma ċerti mill-kwalifikazzjoni għas-semi finali filwaqt li t-tim Malti tal-Under 23’s irid jegħleb lit-tim ta’ Belġju fl-aħħar logħba biex jagħmel ċert mill-kwalifikazzjoni.
It-tim tal-Over 50’s ser ikun impenjat fl-aħħar logħba kontra Belġju u b’ rebħa jagħmlu ċert mill-kwalifikazzjoni għas-semi finali.
Fil-kompetizzjonijiet individwali Antoine Aquilina u Ray Caruana ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-kategorija Over 50’s, John Lombardo fil-kategorija Over 60’s, Matthias Debono u Casdy Vella fil-kategorija Under 23’s u Nordai Desira u Steve Muscat fil-kategorija Under 18’s. Il-kwarti tal-finali kollha jintlagħbu aktar tard il-lejla.