Team Schweppes rebaħ iċ-Challenge Cup femminili organizzata mill-Malta Polo Club meta kisbu żewġ rebħiet mill-erba’ chukkas li lagħbu.
It-tim iffurmat minn Alicia Velema, Petra Vella, Nicola Spiteri, Paige Millard u Kim Besacon beda b’rebħa ta’ 3-0 kontra Team Stella għalkemm xejn ma sabha faċli sabiex jegħleb lil Team Veuve Cliquot 4-3.
Sadanittant fiż-żewġ chukkas l-oħra, Veuve Cliquot skorjaw gowl drammatiku sabiex għelbu lil Team Stella 2-1.
Veuve Cliquot kien iffurmat minn Sera Manduca, Emma Aquilina, Francesca Camilleri u Nikki Fenech Conti filwaqt li Team Stella kellu lil Annie Wightman, Christine Massaloux, Serena Galea u Bex Gera.
Dan l-avveniment kellu attendenza sabiħa u sar bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.
KLASSIFIKA FINALI – CHALLENGE CUP
Team Schweppes 6, Team Veuve Cliquot 3, Team Stella 0.
(Photo Credit: Aldo Scicluna)



