Rafal Jacek Wlodarczyk, Pollakk ta’ 41 sena, kien irrapportat nieqes lill-Pulizija nhar it-Tnejn li għadda.
Huwa deher l-aħħar nhar il-11 ta’ Marzu 2017, fl-inħawi tal-Mellieħa.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.