Is-servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna ħareġ filmati li fih il-politikant Ukren favur ir-Russja Viktor Medvedchuk, għamel appell lill-President Russu Vladimir Putin.
Medvedchuk, alleat qrib Putin li nqabad mill-forzi Ukreni aktar kmieni dan ix-xahar talab biex ikun hemm tpartit bejnu u residenti u truppi f’Mariupol.
Dan hekk kif bosta persuni ċivili jinsabu maqbuda fil-kunflitt mingħajr m’għandhom pajsaġġ sigur biex jaħarbu.
Huwa għamel l-istess appell lil Zelensky.
Il-belt ta’ Mariupol hija fost l-aktar milquta, huwa stmat li nqatlu madwar 21,000 persuna ċivili.