L-2019. Reġa’ nqata d-dawl għal għoxrin darba nfila, (naħseb anke s-700 siegħa ħa naqbżu). Il-Gvern ta’ Simon Busuttil għadu kemm nieda skema ġdida fil-baġit li ppreżenta. Vowċer biex il-poplu jmur jixtri x-xemgħat.
Dik hi l-politika l-ġdida tal-enerġija. Issa lanqas il-ħwejjeġ ma tista’ taħsel bil-lejl jekk ma jkollokx generator.
Flok il-piżelli out of stock, issa hemm is-sulfarini. Qas biex iqabbdu x-xemgħa m’għandhom in-nies. Il-poplu vera qed jiġġieled għand tal-grocer, idejjaq fil-baħħ u d-dlam. Kulħadd jisħet is-siegħa u l-mument.
In-nies tan-naħa ta’ isfel reġgħu bdew jibilgħu d-dħaħen taż-żejt f’imnifsejhom. Il-power station tal-Marsa b’lembut twil ta’ duħħan iswed miċ-ċumnija tagħha. Ħsejjes u trab iswed fuq il-bjut, l-għetiebi u l-ħwejjeġ minxura.
It-tobba maqtulin bix-xogħol, kulħadd ġej għall-inhalers. L-ispiżjara jgħorrku idejhom, l-isptar il-mediċini reġgħu qegħdin out of stock, kulħadd ġej jixtri mingħandhom.
In-nies ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa bid-dħaħen tal-power station tal-BWSC. Minkejja li ftit qabel ħelsu mill-pastażata ta’ ċumnija li kellhom grazzi għall-Gvern Laburista, reġgħu koppi. Kollox lura għall-heavy fuel oil, jew diesel.
Protesti fit-toroq mill-poplu u l-imsieħba soċjali. Busuttil ħabbar li l-kontijiet għollew. Żieda medja ta’ 25% fuq il-kontijiet tad-dawl u 5% fuq l-ilma għall-familji, u l-istess laqtugħa n-negozji, l-aktar iż-żgħar.
Miskin l-interconnector mifluġ. Il-proġett tal-pipeline reġa ġie mwaqqaf milli jsir avolja kien kważi lest. Klikka żgħira ferħana. Reġgħu bdew il-commissions. Xi television fil-ġbir ta’ fondi ma jonqosx. Xi Ministru b’xi envelope minn but u envelope minn ieħor.
Qgħad qed jisplodi ‘il fuq. Il-fabbriki qed jiddejjqu kuljum bla dawl dan minkejja li jħallsu kontijiet ogħla.
Flok it-tkabbir ekonomiku li kien draw bih in-nies, reġa’ lura għad-defiċit eċċessiv. Issa bdew jixegħlu l-bozoz ħomor.
(not). Il-poplu ma jridx ireġġa’ l-arloġġ lura. Min m’għandux pjan postu huwa fil-bankijiet tal-Oppożizzjoni mhux fil-Gvern.
Il-poplu dera b’kontijiet orħos, arja aktar nadifa, ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-gass, tkabbir ekonomiku bla preċedent, ħolqien tax-xogħol, qgħad fl-inqas livelli, turiżmu rekord, mizuri soċjali, ġlieda kontra l-faqar, investiment rekord, kontabbiltà, fuq kollox fiduċja u ottimiżmu.
Kap tal-Oppożizzjoni tad-doom & gloom bla pjan u bla viżjoni. Gvern pożittiv li għandu roadmap ċara ta’ fejn irid jasal. Il-poplu se jagħżel Gvern li jaħdem.
Gvern Laburista.