Tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-politika dwar il-konsum tal-alkohol. Politika li qed tara li jkunu ndirizzati tlett sfidi- il-konsum tal-alkohol fost dawk li għandhom inqas minn sbatax-il sena, li jonqos ix-xorb eċċessiv fost il-popolazzjoni b’mod li tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza li wieħed jikkonsma x-xorb b’moderazzjoni u jkun indirizzat aħjar is-sewqan bl-effett tal-alkohol.
Biex ikun indirizzat ix-xorb fost dawk t’eta’ żgħira qed ikun issuġġeriet li tkun infurzata iżjed il-ligi ; jiġifieri li xorb jingħata biss lil dawk li għandhom sbatax-il sena ‘l fuq u li jkun hemm pieni ħorox għal dawk li jinqabdu jiksru l-liġi.
Biex ikun ikkontrollat il-konsum tal-alkohol bmod ingenerali qed ikun issuġġerit li tkun emendata il-liġi u jiżdiedu l-multi għal dawk li jinqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkohol , li jkun hemm limitu ta BAC ta’ 0.2g għal sewwieqa li jkunu għadhom pjuttost ġodda, li tkun emendata l-ligi u l-BAC jinzel minn 0.8g ghal 0.5g għal kumplament tax-xufiera.